Seperazzjoni Mandatorja tal-Iskart

Is-separazzjoni tal-iskart hija mandatorja f’Malta u Għawdex mill-14 t’April 2023. Kulħadd irid jissepara tajjeb l-iskart tiegħu u jarmih fil-bins it-tajbin, inklużi negozji, entitajiet governattivi u mhux governattivi kif ukoll djar privati.

Meta tissepara l-iskart tiegħek, tkun qed tnaqqas il-ħtieġa ta’ miżbliet ġodda, iżżid ir-riċiklaġġ ta’ materjali u tgħin biex tiġġenera enerġija rinnovabbli, għal ambjent aktar ekoloġiku u nadif, u kwalità ta’ ħajja aħjar f’Malta u Għawdex.

Skart separat – il-kontribut tiegħek għal futur sostenibbli!

Kif tissepara l-iskart tiegħek

  • Trejs tal-aluminju u fojl (nadif)
  • Laned tax-xorb
  • Kartun
  • Kaxxi tal-ikel tal-kartun (nodfa)
  • Fliexken taż-żejt tat-tisjir
  • Kontenituri tal-kosmetiċi (nodfa)
  • Fliexken tad-deterġenti (kontenitur vojt)
  • Kaxxi tad-deterġenti
  • Laned tal-ikel
  • Għotjien tal-vażetti
  • Kontenitur tas-sapun likwidu (vojt)
  • Magażins
  • Fliexken tal-plastik
  • Kontenituri tal-marġerina (nodfa)
  • Tappijiet tal-metall
  • Kartun tal-Ħalib u Juice
  • Gazzetti
  • Notebooks
  • Karta
  • Boroż tal-karti (nodfa)
  • Boroż tal-plastik (nodfa)
  • Tappijiet tal-plastik
  • Kontenituri tal-plastik
  • Pakketti tal-plastik tal-ikel
  • Fliexken tal-plastik
  • Polystyrene 
  • Fliexken tax-shampoo (vojta)
  • Fliexken tax-shower gel (vojta)
  • Laned tal-isprej (vojta)
  • Kaxxi tat-take-away (nodfa)
  • Rombli tat-toilet paper
  • Prodotti Iġeniċi (kontenituri nodfa)
  • Kontenituri tal-jogurt (nodfa)
organic bag
  • Ġobon
  • Kafè
  • Ikel imsajjar
  • Fdalijiet tal-ikel
  • Laħam imsajjar jew nej
  • Prodotti tal-ħalib
  • Bajd u qxur tal-bajd
  • Ikel skadut (mingħajr ippakkjar)
  • Ħut
  • Fjuri
  • Qxur tal-frott u tal-ħaxix
  • Għasel
  • Weraq
  • Għaġin
  • Ikel nej
  • Frott u ħxejjex immuffati
  • Gazzetti maħmuġin
  • Srievet maħmuġin
  • Zokkor
  • Boroż tat-te
  • Weraq tat-te
  • Spreads (eż. għasel u butir)
  • Qxur tal-ġewż
  • Qxur tal-frott tal-baħar
  • Xewk tal-ħut u għadam tal-laħam
  • Għadam tal-frott
  • Tejp
  • Fojl tal-aluminju maħmuġ
  • Baking Paper
  • Ċeramika miksura/pyrex
  • It-tgeżwir tal-ikel maħmuġ
  • Tejp tas-cellophane
  • Kaxxi maħmuġin tat-take away
  • Pakketti miksija bil-fojl
  • Trab
  • Tikketti
  • Ritratti
  • Qsari tal-pjanti
  • Sponoż użati
  • Oġġetti sanitarji
  • Żraben
  • Xagħar (bniedem u annimal)
  • Mirja żgħar miksura
  • Stikers
  • Tubi tat-toothpaste
  • Materjali tat-tindif użati
  • Ingwanti tal-lastku wżati
  • Ċraret tal-art użati
  • Karta tax-xamà
  • Wet wipes
  • Fdalijiet u rmied tas-sigaretti
  • Xemgħat
  • CDs
  • Pakketti ta’ snacks
  • Toothpicks
  • Stikek tal-ġelat u skewers tal-injam
  • Zkuk
  • Oġġetti Sanitarji
  • Skart tal-annimali u żibel tal-annimali domestiċi
  • Ħrieqi
glass bin
  • Fliexken tal-ħġieġ
  • Vażett tal-ħġieġ

Armi l-ħġieġ tiegħek kif suppost. Għall-ġbir mill-bankina, huwa importanti li toħroġ il-ħġieġ tiegħek f’kontenitur li jista’ jerġa jintuża. Ir-residenti jistgħu wkoll jagħmlu użu minn wieħed mis-Siti għall-Iskart Goff jew ir-Roadshow Truck tal-WasteServ, jew wieħed mid-diversi Bring-In Sites operati minn GreenPakGreenMT.

Skart Goff

Is-servizz ta’ ġbir ta’ skart goff offrut mill-Kunsilli Lokali huwa bla ħlas għad-djar kollha. Dan jinkludi oġġetti li huma kbar wisq għall-ġbir tal-iskart normali tad-dar. Biex teħles mill-iskart goff tiegħek, tista’ jew tikkuntattja lill-Kunsill Lokali tiegħek għal appuntament biex jinġabar dan l-iskart, jew inkella tieħdu f’wieħed mis-Siti għall-Iskart Goff tal-Wasteserv.

Skart Perikoluż

Ir-rimi ta’ skart perikoluż għandu jsir b’mod li huwa sikur għall-ambjent. Dan l-iskart għandu jintrema f’wieħed mis-Siti għall-Iskart Goff. Skart perikoluż jinkludi skart bħal:

  • Kimiċi (inklużi kontenituri vojta tal-kimiċi)
  • Żebgħa (inklużi kontenituri vojta taż-żebgħa)
  • Żjut lubrikanti
  • Solventi
  • Batteriji
  • Bozoz tad-dawl użati*
  • Tubi tan-neon*

* Jistgħu jintremew ukoll fir-Roadshow Trucks tal-WasteServ (inkluż batteriji tad-dar).

Mediċina

Tista’ tarmi l-mediċina qadima, użata, mhux mixtieqa u skaduta tiegħek fi spiżerija awtorizzata. Hawnhekk, tista’ tarmi pilloli u kapsuli sfużi jew ippakkjati, mediċini fil-fliexken, inhalers u tubi tal-krema mediċinali.

Qatt m’għandek tieħu oġġetti bijoperikolużi bħal siringi u apparat tal-EpiPen fi spiżerija. Dawn għandhom jintremew f’kontenituri speċjali għar-rimi ta’ oġġetti li jaqtgħu u jittieħdu f’wieħed mis-Siti ta’ Skart Goff tal-Wasteserv.

Rimi ta’ Skart Kummerċjali

Il-WasteServ tipprovdi s-servizzi meħtieġa lill-entitajiet kummerċjali biex jarmu l-iskart tagħhom b’mod sigur. Dan is-servizz jiġi offrut bi ħlas, fuq talba tal-istabbiliment.

 

Entitajiet kummerċjali għandhom isegwu proċeduri differenti għal rimi ta’ skart skont it-tip ta’ skart u l-kwantitajiet involuti. Għal din ir-raġuni, inti ġentilment mitlub timla l-formola onlajn dwar mistoqsija dwar l-iskart fuq il-websajt tal-Wasteserv jew tibgħat email fuq wao.ws@wsm.com.mt jew iċċempel fuq il-freephone (8007 2200).

Għal aktar informazzjoni dwar is-separazzjoni tal-iskart, tista’ wkoll iżżur il-websajt tal-WasteServ billi tikklikkja HAWN jew tniżżel il-Gwida għas-Separazzjoni tal-Iskart HAWN.

Ċentri għall-Użu mill-Ġdid tal-Iskart tal-Wasteserve

Iċ-Ċentri tal-Użu mill-Ġdid tal-Iskart joffru oġġetti wżati u ‘maħbubin minn qabel’ li għad għandhom valur u jistgħu jingħataw ‘ħajja’ oħra.Dawn jinsabu fi ħdan is-Siti għall-Iskart Goff ta’ Ħal Luqa, Ħal Far, l-Imrieħel u Tal-Kus fix-Xewkija, Għawdex. Dawn huma miftuħa mit-Tnejn sal-Ħadd, inklużi festi pubbliċi, bejn is-07:30 u s-17:30 (eskluż Jum il-Milied u Jum l-Ewwel tas-Sena).

L-aċċess għaċ- Ċentri tal-Użu mill-Ġdid tal-Iskart huwa possibbli bil-mixi. Hemm passaġġi li għandhom daħla separata minn dik tas-Sit għall-Iskart Goff biex iċ-Ċentri għall-Użu mill-Ġdid tal-Iskart ikunu sikuri u aċċessibbli għal prams, strollers u nies bi problemi ta’ mobilità, inklużi siġġijiet tar-roti.

drop off point image

Oġġetti li tista’ tagħti bħala donazzjoni jew takkwista fiċ-Ċentri għall-Użu mill-Ġdid tal-Iskart tal-WasteServ jinkludu:

 

  • Injam
  • Għamara loose
  • Kotba
  • Ċeramika
  • Viti
  • Tessuti
  • Ġugarelli
  • Strumenti Mużikali
  • Aċċessorji tad-dekorazzjoni tad-dar
  • Provvisti għall-annimali domestiċi
  • Mirja

Oġġetti bħal dawn li ġejjin mhumiex aċċettati:

 

  • Batteriji
  • Tajers tal-karozzi
  • Tagħmir tas-sigurtà
  • Tagħmir tat-trabi, inklużi car seats u prams
  • Ċilindri tal-gass
  • Tagħmir mediku
  • Skart ta’ tagħmir u partijiet elettriċi u elettroniċi
  • Slielem
  • Żebgħa, kimiċi, u skart perikoluż ieħor

Ħinijiet tal-ftuħ:

Mit-Tnejn sal-Ħadd, inklużi festi pubbliċi, bejn is-07:30 u s-17:30 (eskluż Jum il-Milied u Jum l-Ewwel tas-Sena).

Roadshow Trucks tal-Wasteserv

Ir-Roadshow Trucks tal-WasteServ iżuru l-lokalitajiet kollha mill-anqas darba fix-xahar biex jagħmluha aktar faċli għalik li tarmi l-iskart tiegħek b’attenzjoni, filwaqt li jipproteġu lilek u lill-ambjent f’dan il-proċess.

L-oġġetti li jinġabru minn dawk it-trakkijiet jinkludu:

  • Ħwejjeġ
  • Plastik
  • Metall
  • Żejt tat-tisjir
  • Bozoz tad-dawl u tubi tan-neon
  • Vażetti u fliexken tal-ħġieġ
  • Karta u kartun
  • Batteriji tad-dar
  • Basktijiet u żraben
  • Polystyrene
  • Borom u taġnijiet
  • Apparat elettroniku żgħir
  • Żebgħa u solventi
  • Sprejs tal-aerosol

Din l-inizjattiva tgħin ukoll biex titnaqqas il-kontaminazzjoni tal-iskart riċiklabbli, peress li r-Roadshow Trucks għandhom kompartimenti separati għal kull wieħed mill-flussi tal-iskart. Id-dati u l-postijiet eżatti taż-żjarat tat-trakkijiet jistgħu jiġu kkonfermati mill-Kunsill Lokali tiegħek jew billi żżur il-websajt tal-WasteServ.

sort it out truck image

Siti għall-Iskart Goff tal-Waste Serv

Is-Siti għall-Iskart Goff tal-Wasteserv huma faċilitajiet fejn il-pubbliku jista’ jġib u jarmi diversi tipi ta’ skart domestiku goff, skart domestiku perikoluż kif ukoll materjali riċiklabbli. Dawn is-siti jaċċettaw biss skart mid-djar.

Id-dħul f’Sit għall-Iskart Goff huwa permess biss b’vettura. Jiġu applikati livelli differenti ta’ aċċess skont il-kategorija tal-vettura tiegħek.

Għal aktar informazzjoni dwar oġġetti li jistgħu jiġu mormija f’dawn is-siti, żur il-websajt tal-WasteServ.

Ħinijiet tal-ftuħ:

Is-Siti għall-Iskart Goff huma miftuħa mit-Tnejn sal-Ħadd, inklużi festi pubbliċi, bejn is-07:30 u s-17:30 (eskluż Jum il-Milied u Jum l-Ewwel tas-Sena).

malta map

Skeda Nazzjonali tal-Ġbir tal-Iskart

Tfasslet skeda nazzjonali ġdida għall-ġbir tal-iskart biex jiġi ssimplifikat il-ġbir tal-iskart bieb bieb madwar Malta u Għawdex skont dak li ġie stabbilit fil-Pjan Nazzjonali dwar l-Immaniġġjar tal-Iskart.

L-iskeda se tkun kif ġej:

It-Tnejn: Skart organiku (borża bajda)

It-Tlieta: Skart imħallat (borża sewda)

L-Erbgħa: Skart organiku biss (borża bajda)

Il-Ħamis: Skart riċiklat (borża griża jew ħadra)

Il-Ġimgħa: Skart organiku (borża bajda)

Is-Sibt: Skart imħallat (borża sewda)

Il-ġbir tal-fliexken tal-ħġieġ se jsir kull l-ewwel u t-tielet Ġimgħa tax-xahar.

Aktar informazzjoni dwar l-iskeda l-ġdida se titqassam lir-residenti mill-kunsilli rispettivi tagħhom.

Din l-Iskeda ma jkollha ebda effett fuq dawk l-entitajiet kummerċjali li għandhom arranġamenti alternattivi għall-ġbir tagħhom tal-Iskart.

Ħinijiet tal-Ġbir tal-Iskart

waste collection schedule

Il-ħinijiet tal-ġbir tal-iskart huma biss għall-ġbir tal-iskart mill-bankina, dak li hu skart domestiku.

Multi

Bejn April u Ottubru 2023, l-awtoritajiet wettqu kampanja edukattiva biex jiffamiljarizzaw lill-pubbliku mar-regolamenti obbligatorji ġodda tas-separazzjoni tal-iskart. Matul dan il-perjodu, persuni (anki dawk li joperaw fil-kuntest ta’ attività kummerċjali) li jinqabdu jarmu l-iskart b’mod mhux xieraq se jirċievu twissija. Wara li jiskadu dawn is-sitt xhur, mill-14 ta’ Ottubru 2023, in-negozji li jinqabdu jarmu l-iskart b’mod inadegwat se jiġu mmultati €75, filwaqt li l-familji se jiġu mmultati €25. Dawn il-multi jirduppjaw għal €150 u €50 rispettivament jekk l-individwu jinqabad ripetutament jarmi l-iskart b’mod mhux xieraq.

Multi jekk ma tisseparax l-iskart
L-Ewwel Offiża It-Tieni Offiża It-Tielet Offiża
Settur Kummerċjali Twissija €75 €150
Settur mhux kummerċjali/Djar Twissija €25 €50

Uffiċjali tal-ERA u uffiċjali minn entitajiet oħra qed iwettqu spezzjonijiet kontinwi fil-lokalitajiet kollha, kemm għall-attivitajiet domestiċi kif ukoll kummerċjali. Dawn qed isiru biex jiżguraw li l-iskart li qed jiġi depożitat għall-ġbir ikun, separat skont ir-regolamenti, imqiegħed fil-boroż xierqa, u li jinħareġ fil-jiem korretti.

Suġġerimenti

Suġġerimenti biex titnaqqas il-ġenerazzjoni tal-iskart (bonus points li tiffranka l-flus ukoll):

  • Ixtri prodotti mingħajr ippakkjar tal-plastik
  • Ixtri oġġetti li jdumu jintużaw iktar fit-tul
  • Ixtri inqas affarijiet
  • Uża lunch box u kontenitur tax-xorb li jista’ jerġa’ jintuża
  • Uża basktijiet u shopping bags tad-drapp
  • Partat, biddel, issellef u sewwi l-oġġetti tiegħek

FAQs

Tista’ żżur wastecollection.mt fejn hemmhekk tista’ ssib l-iskeda u l-ħin tal-ġbir.

Tista’ toħroġ il-boroż taż-żibel sa 4 sigħat qabel il-ħin tal-ġbir tal-lokalità rispettiva tiegħek. Jekk trid tkun taf il-ħin tal-ġbir għal-lokalità tiegħek, tista’ żżur wastecollection.mt.

Inti mitlub tissepara:

  • Skart organiku (borża bajda) jirreferi għal skart organiku li fih skart tal-ikel u tal-kċina, fjuri u weraq. Il-friegħi m’għandhomx jintremew f’din il-borża.
  • Skart riċiklabbli (borża griża/ħadra) jirreferi għal karta, plastik u metall imħallta flimkien.
  • Ħġieġ jirreferi għal vażetti u fliexken tal-ħġieġ.
  • Skart imħallat (borża sewda) jirreferi għal skart li ma jistax jiġi riċiklat.

Tista’ żżur wastecollection.mt jew wsm.com.mt għal lista dettaljata ta’ dak li jintrema f’kull borża.

Jekk tixtieq, tista’ wkoll tniżżel il-Gwida tas-Separazzjoni tal-Iskart tal-WasteServ. Tista’ ssib links għal dan fuq wastecollection.mt jew wsm.com.mt.

Għal dawk li m’għandhomx aċċess għall-websajt, jistgħu jċemplu lill-WSM Customer Care fuq 8007 2200.

Nissuġġerixxu li wara li tlaħlaħ l-oġġett (jekk jeħtieġ li jitlaħlaħ), terġa’ tpoġġi l-għatu tal-plastik fuqu qabel ma tarmi l-oġġett.

Dan ma japplikax għall-għotjien tal-metall. Dawn għandhom jitneħħew mill-vażetti tal-ħġieġ u jitpoġġew fil-borża tar-riċiklaġġ.

Jekk ma jkunx hemm bins għall-ġbir separat tal-iskart, tista’ tagħmel użu minn kwalunkwe bin ieħor li jkun disponibbli. Barra minn hekk, huwa possibbli li tali skart jiġi sseparat fid-dar skont il-linji gwida dwar is-separazzjoni tal-iskart.

ERA, LESA u d-Dipartiment tal-Pulizija.

Iż-żoni li huma “hotspot” se jiġu mmonitorjati kif meħtieġ mill-ERA. Il-boroż tal-iskart jistgħu jinfetħu bħala parti mill-proċess ta’ monitoraġġ.

Preferibbilment, skart organiku għandu jintrema f’borża tal-iskart bijodegradabbli.

  Segwi l-proċedura fuq il-multa nnifisha.

Tista’ tressaq ilment fuq l-ERIS permezz ta’: https://ep-eris.eraportal.org.mt/User/LoginEID billi tuża l-E-ID bħala log in.

Tista’ wkoll tixtieq tirreferi l-ilment tiegħek lill-Kunsill Lokali tiegħek u r-Reġjun rispettiv tiegħek għal aktar għajnuna dwar il-kwistjoni.

Rigward it-tqegħid ta’ boroż tal-iskart quddiem id-dar, dan jeħtieġ li jiġi riferut lid-Dipartiment tal-Pulizija minħabba inkonvenjent pubbliku.

Se jinħarġu multi lil individwi li ma jisseparawx l-iskart. Madankollu, dawn l-individwi jeħtieġ li jinqabdu fil-fatt sakemm ma jkunx hemm biżżejjed evidenza li skart bħal dan jappartjeni lill-kontravenjenti.

Kwistjoni bħal din għandha tiġi diskussa mas-sid tal-art jew mal-amministratur tal-blokka sabiex tinstab soluzzjoni plawsibbli. Il-boroż tal-iskart għandhom jiġu depożitati fi spazju/żona awtorizzata kif meqjus xieraq.

Minħabba n-natura ta’ tali entitajiet, l-istess multi li japplikaw għall-familji se japplikaw għal dawn l-entitajiet. B’hekk, jekk jinqabdu ma jisseparawx l-iskart, dawn l-entitajiet jiġu mmultati €25 għat-tieni reat u €50 għat-tielet reat.

Kull entità li tinqabad ma timxix mal-iskeda tal-iskart tiġi mmultata €150.